Charles Spiteri

111 Posts
Telfiet u tiġrib marbuta ma’ esperjenzi ta’ drogi

Telfiet u tiġrib marbuta ma’ esperjenzi ta’ drogi

Id-Dipartiment tal-psikoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jorganizza sensiela ta’ taħdidiet informattivi fuq is-saħħa mentali u telfiet f’ħajjitna. Filwaqt li telfiet f’ħajjitna jistgħu ikunu diversi u jikkaġunaw uġiegħ, il-proċess ta’ kif wieħed jikkowpja hu differenti, jiġifieri mhux kulħadd jikkowpja bl-istess mod. Dr Pamela Portelli, psikologa li taħdem fi ħdan id-Dipartiment, tkellmet fuq telfiet assoċjati ma’ l-użu tad-droga u sustanzi. Hija spjeġat xi tfisser dipendenza u tkellmet fuq il-prevalenza ta’ l-użu ta’ droga fil-kuntest lokali. Semmiet numru ta’ fatturi li jistgħu jipproteġu lil individwu milli jiżviluppa dawn it-tipi ta’ problemi. Dawn jinkludu is-sapport, l-involviment f’attivitajiet ekstra-kurrikulari u li wieħed jgħix f’ambjent…
Read More
Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar

Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar

Tliet artisti qegħdin juru xogħolijiet tagħhom f’esibizzjoni kollettiva fil-mużew Il-Ħaġar. Unknown Prescription, b’Austin Camilleri bħala kuratur, tibqa’ miftuħa sal-14 t’April 2024 u se jkollha xi attivitajiet jakkumpanjawha. Il-katalgu ħareġ fis-17 ta’ Frar 2024 bħala numru 28 fis-sensiela GEMS. Mario Abela, li jgħallem fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST, għandu sfond fl-arti u l-istorja, kif ukoll l-arti diġitali. Irċieva bosta unuri, anki barra. Jislet minn diversi tekniċi, waqt li jinvestiga l-bniedem man-natura. Mario Abela - And Still They MoveI - Oil on Canvas, 2023. Ritratt: Charles Spiteri Charles Balzan inbena fuq id-disinn grafiku u l-istorja tal-arti u jinvolvi ruħu fl-istallazzjonijiet, fotografija, inċiżjoni, disinn u…
Read More
Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani f’Għajnsielem, nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar filgħaxija, sar il-Bible Sharing. Patri Gwardjan Marcello Ghirlando qasam flimkien mal-komunita’ preżenti l-Vanġelu tal-Ħadd li ġej, 25 ta’ Frar 2024. U bħalma sar fi żmien l-Avvent, anke matul dan iż-żmien tar-Randan, min-nhar it-Tnejn ukoll bdiet tingħad flimkien mal-ġemgħa ta’ insara preżenti il-Via Sagra u t-Talba ta’ l-Għasar qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Sadattant nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar, l-aħħar Ġimgħa tax-xahar, fl-imsemmija knisja ser issir ċelebrazzjoni ta’ quddiesa b’Talb għall-Fejqan, immexxija wkoll minn Patri Ghirlando. Fis-6pm issir l-Adorazzjoni, jingħad ir-rużarju u Kant ta’ Tifħir u fis-7pm tibda l-quddiesa. Janima l-kant Mario u…
Read More
Taħdita dwar il-vuċijiet u delużjonijiet fil-psikożi

Taħdita dwar il-vuċijiet u delużjonijiet fil-psikożi

Id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan l-Isptar Ġenerali t’Għawdex organizza taħdita bl-isem ta' Vuċijiet u delużjonijiet fil-psikożi. Din it-taħdita saret mill-psikologu u psikoterapista Dr. Laner Cassar fl-iskola ta' BARTS, f’Għawdex (l-Università Queen Mary, Kampus Malta). Din kienet waħda mit-taħditiet illi saret bhala parti mis-serje ta’ taħditiet edukattivi li jġibu l-isem ta’ Nirrispondu għall-bidla wara t-telfiet u t-tiġrib f’ħajjitna. F’din it-taħdita ġew diskussi is-sintomi u l-kawżi prinċipali tal-psikożi. Il-kawżi prinċipali tal-psikożi, żied jgħid Dr Cassar, jistgħu jkunu kemm psikjatriċi, mediċi u kif ukoll relatati mad-droga. Dr Laner Cassar. Ritratt: Charles Spiteri Il-kelma psikożi tirreferi ghal kundizzjoni tas-saħħa mentali illi fiha wieħed jinqata’ mir-realtà…
Read More
Malta’s economy grows better than projected

Malta’s economy grows better than projected

The latest European Commission forecast found that Malta’s economy in 2023 grew better than previously forecasted – 6.1% as compared to 4% - even though this was a drop from the “exceptional growth” of 8.1% the previous year. The European Commission highlighted private consumption and net exports as growth factors while gross fixed capital formation (investments) and construction activity declined. Net exports and private consumption are expected to continue to grow, albeit at a slower rate, while investment growth is expected to pick up resulting in a 4.6% growth in 2024, marginally declining to 4.3% in 2025. These figures contrast…
Read More
Il-Knisja Kattolika Tagħti Bidu Għar-Randan Imqaddes

Il-Knisja Kattolika Tagħti Bidu Għar-Randan Imqaddes

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2024, l-Knisja Kattolika tat bidu għar-Randan Imqaddes, b’ċelebrazzjonijiet ta’ quddies, it-tberik u t-tqegħid tal-irmied fil-knejjes kollha tad-djoċesi t’Għawdex. 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Mument waqt il-Konċelebrazzjoni. Jidhru mix-xellug għal-lemin, Patri Ġwann, Patri Marċello, Patri Walter u Patri Gabriel. Ritratt: Charles Spiteri Bħalma sar fl-Avvent, anki għal matul iż-żmien qaddis tar-Randan, il-Knisja f’Għawdex qed toffri l-ktieb tal-Liturġija tas-Sigħat b’għajnuna biex fil-komunitajiet jingħad iktar ta’ spiss it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum u l-Għasar bħala espressjoni mill-isbaħ ta’ talb, li hi waħda mit-temi tal-Pjan Pastorali Djoċesan.…
Read More
Jitniedu żewġ volumi b’għażla mill-kitbiet ta’ Ġorġ Pisani

Jitniedu żewġ volumi b’għażla mill-kitbiet ta’ Ġorġ Pisani

Ftit jiem biss qabel il-ħamsa u għoxrin anniversarju mill-mewt ta’ disgħin tal-poeta u awtur magħruf Ġorġ Pisani, nhar is-Sibt 10 ta’ Frar, sett ta’ żewġ volumi b’għażla mill-kitbiet tiegħu tnieda fiċ-ċentru kulturali Il-Ħaġar. Delicon Books ħadu ħsieb jiġbru mija u tlietin artiklu li Pisani kien oriġinaljament kiteb għall-programm popolari li kellu fuq ir-radju dwar Għwdex. Uħud minn dawk preżenti. Ritratt: Charles Spiteri L-okkażjoni inbdiet minn Joseph Borg mill-amministrazzjoni tal-mużew li anki ta ħjiel tal-attivitajiet li jmiss. Joseph Camilleri imbagħad qara l-poeżija “Tiġi Għawdex?” li tat l-isem lill-kotba. Peress li kienu jiem il-Karnival, kien imiss lil Kav. Joe M Attard jaqra…
Read More
Crossing Borders, Bridging the Age Gap: avveniment tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Crossing Borders, Bridging the Age Gap: avveniment tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Fl-Auditorium tal-Kampus tal-Università Queen Mary ġewwa r-Rabat Għawdex sar l-ewwel avveniment organizzat min-naħa tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex bl-iskop li jipprova jistabbilixxi fl-istess Kamra network ta’ żgħażagħ bejn is-16 u l-35 sena li huma interessati fl-intrapriża jew li għadhom qed imiddu l-ewwel passi, imma li dan għadu mhux ix-xogħol ewlieni tagħhom. Ricky Bugeja qed jagħti l-preżentazzjoni tiegħu. Ritratt: Charles Spiteri L-avveniment tmexxa minn Ricky Bugeja minn Reach.mt bis-sehem ukoll ta’ Elaine Camilleri, u l-Avukat Jonathan Mintoff. L-ewwel parti tal-avveniment kien iddedikat lill-panel ta’ diskussjoni dwar x’ifisser li tiftaħ negozju minn lenti żagħżugħa, u l-problemi u l-opportunitajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom meta…
Read More
Il-Karnival f’Għawdex

Il-Karnival f’Għawdex

Diversi kienu dawk il-Kunsilli Lokali li organiżżaw attivitajiet karnivaleski għall-familja kollha. Żifna bl-isem Dak il-Pejxu ferm Brikkun. Fil-Karnival sabu iż-Żarbun. B’Żifna saħħar lir-Reġina. Li dlonk miegħu ġiet tpaxxina! Mill-Għaqda dilettanti tal-karnival, Għawdex, direzzjoni ta’ Doris Bugeja u koreografija ta’ Lara Grech, Francelle Sciberras u Alison Hili. Ritratt: Charles Spiteri. Il-Grupp tat-tfal tal-Happy School li pparteċipa bi sħiħ fil-Karnival, fil-Belt Victoria. Ritratt: Matt Hush Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jibqgħu dawk li jsiru fil-qalba tal-Belt Victoria, organiżżati mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan id-Direttorat tal-Wirt Kulturali. Dan apparti il-Karnival spontanju tant popolari tan-Nadur, li jattira eluf kbar ta’ nies, fosthom Maltin u…
Read More
Wirja ta’ Arti Sagra minn Paolo Camilleri Cauchi

Wirja ta’ Arti Sagra minn Paolo Camilleri Cauchi

It-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend, li saret mis-26 sat-28 ta' Jannar 2024, kienet tinkludi xogħlijiet ta' Paolo Camilleri Cauchi, artist mir-Rabat Għawdex. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f'diversi knejjes, fosthom fil-knisja parrokkjali tal-Fontana, fil-knisja ta' Sant'Antnin ta' Padova f'Għajnsielem, fil-Bażilika tal-Għarb, fis-santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala, fil-knisja parrokkjali ta' San Lawrenz, fil-Katidral u fil-knisja ta' San Franġisk fir-Rabat Għawdex u fir-Rotunda tax-Xewkija. Bust ta’ Paolo Camilleri Cauchi, xogħol Adonai Camilleri Cauchi. Ritratt: Charles Spiteri Camilleri Cauchi, imwieled fl-1940, huwa iben l-iskultur magħruf Agostino Camilleri u Francesca Cauchi. Wara li kiber fl-istudjo ta’ missieru, Paolo kien dejjem involut fix-xena tal-arti. Hekk kif kiber, kien…
Read More