Mill-Gżira Għawdxija

Telfiet u tiġrib marbuta ma’ esperjenzi ta’ drogi

Telfiet u tiġrib marbuta ma’ esperjenzi ta’ drogi

Id-Dipartiment tal-psikoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jorganizza sensiela ta’ taħdidiet informattivi fuq is-saħħa mentali u telfiet f’ħajjitna. Filwaqt li telfiet f’ħajjitna jistgħu ikunu diversi u jikkaġunaw uġiegħ, il-proċess ta’ kif wieħed jikkowpja hu differenti, jiġifieri mhux kulħadd jikkowpja bl-istess mod. Dr Pamela Portelli, psikologa li taħdem fi ħdan id-Dipartiment, tkellmet fuq telfiet assoċjati ma’ l-użu tad-droga u sustanzi. Hija spjeġat xi tfisser dipendenza u tkellmet fuq il-prevalenza ta’ l-użu ta’ droga fil-kuntest lokali. Semmiet numru ta’ fatturi li jistgħu jipproteġu lil individwu milli jiżviluppa dawn it-tipi ta’ problemi. Dawn jinkludu is-sapport, l-involviment f’attivitajiet ekstra-kurrikulari u li wieħed jgħix f’ambjent…
Read More
Crossing Borders, Bridging the Age Gap: avveniment tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Crossing Borders, Bridging the Age Gap: avveniment tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex

Fl-Auditorium tal-Kampus tal-Università Queen Mary ġewwa r-Rabat Għawdex sar l-ewwel avveniment organizzat min-naħa tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex bl-iskop li jipprova jistabbilixxi fl-istess Kamra network ta’ żgħażagħ bejn is-16 u l-35 sena li huma interessati fl-intrapriża jew li għadhom qed imiddu l-ewwel passi, imma li dan għadu mhux ix-xogħol ewlieni tagħhom. Ricky Bugeja qed jagħti l-preżentazzjoni tiegħu. Ritratt: Charles Spiteri L-avveniment tmexxa minn Ricky Bugeja minn Reach.mt bis-sehem ukoll ta’ Elaine Camilleri, u l-Avukat Jonathan Mintoff. L-ewwel parti tal-avveniment kien iddedikat lill-panel ta’ diskussjoni dwar x’ifisser li tiftaħ negozju minn lenti żagħżugħa, u l-problemi u l-opportunitajiet li wieħed jiltaqa’ magħhom meta…
Read More
Il-Karnival f’Għawdex

Il-Karnival f’Għawdex

Diversi kienu dawk il-Kunsilli Lokali li organiżżaw attivitajiet karnivaleski għall-familja kollha. Żifna bl-isem Dak il-Pejxu ferm Brikkun. Fil-Karnival sabu iż-Żarbun. B’Żifna saħħar lir-Reġina. Li dlonk miegħu ġiet tpaxxina! Mill-Għaqda dilettanti tal-karnival, Għawdex, direzzjoni ta’ Doris Bugeja u koreografija ta’ Lara Grech, Francelle Sciberras u Alison Hili. Ritratt: Charles Spiteri. Il-Grupp tat-tfal tal-Happy School li pparteċipa bi sħiħ fil-Karnival, fil-Belt Victoria. Ritratt: Matt Hush Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jibqgħu dawk li jsiru fil-qalba tal-Belt Victoria, organiżżati mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan id-Direttorat tal-Wirt Kulturali. Dan apparti il-Karnival spontanju tant popolari tan-Nadur, li jattira eluf kbar ta’ nies, fosthom Maltin u…
Read More
Il-proġett The Mathracy Project goes Rhythmic

Il-proġett The Mathracy Project goes Rhythmic

Il-Kulleġġ ta’ Għawdex għal sena oħra reġa' tella' l-proġett The Mathracy Project goes Rhythmic, din is-sena b’kollaborazzjoni mat-Teatru Astra. Dan il-proġett huwa fergħa żgħira mill-proġett The Mathracy Project li l-għan tiegħu hu li jwaħħad elementi differenti ta’ tagħlim f’esperjenza li tmur lil hinn mill-erba’ ħitan tal-klassi. Alison Hili qed tixpruna lill-istudenti biex jabbinaw l-mużika li qed jisimgħu ma' strumenti speċifiċi. Ritratt: Charles Spiteri Dan il-proġett, maħsub għall-istudenti tat-tieni sena, jgħaqqad flimkien elementi ta’ drama, mużika, litteriżmu u matematika. L-istudenti ħadu sehem f’sessjonijiet prattiċi marbuta ma’ dawn l-elementi li jingħaqdu flimkien permezz tad-dinja tat-teatru. Dawn l-attivitajiet huma maħsuba u mmexxija mill-għalliema…
Read More
Aspetti negattivi tal-istorja soċjali

Aspetti negattivi tal-istorja soċjali

Dott. Michael Refalo ta taħdita interessanti fil-mużew u ċentru kulturali Il-Ħaġar, nhar is-Sibt 3 ta’ Frar 2024 filgħodu, b’riferenza għall-aħħar ktieb tiegħu bl-Ingliż At the Margins, jikkonċentra fuq aspetti mhux tas-soltu tal-istorja soċjali tas-seklu dsatax. Ikkonferma kemm hemm x’tiskopri f’manuskritti ġeneoloġiċi, hekk li jintefa’ dawl fuq il-passat tagħna – u t’Għawdex. Wara li telaq il-professjoni legali, Dott. Refalo għamel riċerka lokali u barra – u identifika bosta dettalji, ħafna ta’ natura traġika u negattiva. Dott. Refalo jagħti t-taħdita tiegħu. Ritratt: Charles Spiteri Refalo spjega l-kriterji biex jirreferi għal persuni jew setturi bħala fit-trufijiet tas-soċjetà, billi kkwota dokumenti u speċjalment billi…
Read More
Servizz Ekumeniku f’Għawdex

Servizz Ekumeniku f’Għawdex

Il-Komunita' Anglikana f'Għawdex flimkien mal-Leġjun ta' Marija u l-Uffiċċju ta' Koordinament tal-Komunitajiet Etniċi fi ħdan id-Djoċesi t'Għawdex, organizzaw Servizz Ekumeniku fl-okkażjoni tal-Ottavarju ta' Talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara. Din il-laqgħa ta' talb saret fil-knisja ta' San Franġisk, tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, fir-Rabat Għawdex, nhar l-Erbgħa 24 ta' Jannar 2024, fl-4.00pm. It-Tema ta' din is-sena, mibnija fuq il-parabbola tas-samaritan it-tajjeb, kienet: “You shall love the Lord your God ... and your neighbour as yourself” (Lk 10:27), u l-materjal tal-Ġimgħa ta' Talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara 2024 ġie mħejji minn tim mill-Burklina Faso, mill-Afrika, bis-sehem tal-komunita' tal-post Chemin Neuf Community (CCN). Membri Kattoliċi mill-Arċidjoċesi ta' Ouagadougou, Knejjes Protestanti, u gruppi ekumeniċi mill-Burkina…
Read More
Tagħlaq 100 Sena

Tagħlaq 100 Sena

Fl-okkażjoni ta’ għeluq snin Mary Gauci li toqgħod Triq Ħamri, Għajnsielem li fis-17 ta’ Jannar 2024 laħqet l-età sabiħa ta’ 100 sena, l-arċipriet tal-parroċċa, il-Kanonku Frankie Bajada ċċelebra quddiesa flimkien mal-qraba u l-ħbieb u l-ġirien ta’ Mary. Il-lezzjoni nqrat minn Charles Spiteri. Fl-omelija, l-Arċipriet Bajada telaq mill-qari tal-ġurnata fejn tissemma’ l-qlubija li biha ż-żgħażugħ David affronta t-taqbid. Is-saħħa tiegħu kienet “f’isem il-Mulej!” Żgur li anke Mary kellha lill-Mulej magħha tul dawn is-snin kollha u għalhekk f’okkażjoni bħal din tista’ tbierek lill-Mulej il-blata tagħha. L-arċipriet semma li proprju din is-sena 2024 jaħbat ukoll il-mitt anniversarju mill-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali ta’ Għajnsielem…
Read More
Kors informattiv fuq is-saħħa mentali

Kors informattiv fuq is-saħħa mentali

Id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan l-isptar Ġenerali t'Għawdex ħabbar illi kien ser jorganizza kors psiko-edukattiv ġdid għall-pubbliku ġenerali bl-isem ta' ‘Nirrispondu għal bidla wara telfiet u tiġrib f’ħajjitna – Kors informattiv fuq is-saħħa mentali’.  Il-kors huwa magħmul minn ħames taħditiet fuq suġġetti relatati ma' telfiet f'ħajjitna bħal per eżempju, minħabba mard fiżiku, abbuż ta' drogi, korriment fit-tqala, psikożi u diżabilita'. It-taħditiet ser jingħataw minn professjonisti varji fil-qasam tal-psikoloġija u psikoterapija u ser jkunu bil-Malti. L-ewwel taħdita ser issir nhar il-Ħamis 25 ta’ Jannar, bejn id-9 u l-10.30 ta’ filgħodu, fl-iskola ta' BARTS (L-Universita' Queen Mary, Kampus Malta) u jitkomplew kull nhar…
Read More
Programm fuq Radju Lauretana dwar il-Palestina u Gaza

Programm fuq Radju Lauretana dwar il-Palestina u Gaza

L-għada ta’ l-ewwel tas-sena filgħodu, jiġifieri nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2024, Radju Lauretana, ir-Radju tal-Kommunita’ ta’ Għajnsielem, tella’ programm speċjali ta’ siegħa li fiha giet diskussa il-Palestina u speċjalment Gaza. Għajnsielem ilha snin twal torganizza Bethlehem f'Għajnsielem u għandha konnessjoni partikolari ma’ din il-belt.  Il-programm sar minn Dr Ray Bondin, espert fuq il-wirt mondjali, li qabel Awwissu żar tlett darbiet Gaza fejn l-UNESCO qed tipprova tipproteġi monasteru Kristjan tar-raba' seklu ta’ San Hillarion. (xellug) Lelio Spiteri u (lemin) Dr Bondin. Ritratt: Charles Spiteri Fil-programm ħadu sehem wkoll l-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Għajnsielem, il-Kanonku Frankie Bajada u Lelio Spiteri li jmexxi…
Read More
Il-Victoria Scout Group jiċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tiegħu

Il-Victoria Scout Group jiċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tiegħu

60 sena ta’ servizz kontinwu lill-komunità Parata matul it-toroq tal-Belt Victoria u quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2023 ġabu fi tmiemha sena ta’ attivitajiet li bihom il-Victoria Scout Group iċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tiegħu. Akkumpanjati minn sezzjoni tal-banda tal-iScouts tal-Marsa, il-membri tal-Group immarċjaw mill-kwartieri tal-Group saċ-Ċittadella. Hemmhekk ġiet iċċelebrata quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Eċċ. Tiegħu Mons Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, flimkien mal-Kappillan tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-iScouts Patri Anton Briffa, OFM, u l-Arċipriet tal-Katidral, Mons. Joseph Sultana. Il-Wasla tal-Gruppi fiċ-Ċittadella Għall-quddiesa attendew ukoll il-membri tal-Kunsill tal-Group, il-Patrun tal-Group Giovan B. Pace MD, B.Pharm, FRCS, KM, numru…
Read More