Arti

Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar

Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar

Tliet artisti qegħdin juru xogħolijiet tagħhom f’esibizzjoni kollettiva fil-mużew Il-Ħaġar. Unknown Prescription, b’Austin Camilleri bħala kuratur, tibqa’ miftuħa sal-14 t’April 2024 u se jkollha xi attivitajiet jakkumpanjawha. Il-katalgu ħareġ fis-17 ta’ Frar 2024 bħala numru 28 fis-sensiela GEMS. Mario Abela, li jgħallem fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST, għandu sfond fl-arti u l-istorja, kif ukoll l-arti diġitali. Irċieva bosta unuri, anki barra. Jislet minn diversi tekniċi, waqt li jinvestiga l-bniedem man-natura. Mario Abela - And Still They MoveI - Oil on Canvas, 2023. Ritratt: Charles Spiteri Charles Balzan inbena fuq id-disinn grafiku u l-istorja tal-arti u jinvolvi ruħu fl-istallazzjonijiet, fotografija, inċiżjoni, disinn u…
Read More
Wirja ta’ Arti Sagra minn Paolo Camilleri Cauchi

Wirja ta’ Arti Sagra minn Paolo Camilleri Cauchi

It-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend, li saret mis-26 sat-28 ta' Jannar 2024, kienet tinkludi xogħlijiet ta' Paolo Camilleri Cauchi, artist mir-Rabat Għawdex. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f'diversi knejjes, fosthom fil-knisja parrokkjali tal-Fontana, fil-knisja ta' Sant'Antnin ta' Padova f'Għajnsielem, fil-Bażilika tal-Għarb, fis-santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala, fil-knisja parrokkjali ta' San Lawrenz, fil-Katidral u fil-knisja ta' San Franġisk fir-Rabat Għawdex u fir-Rotunda tax-Xewkija. Bust ta’ Paolo Camilleri Cauchi, xogħol Adonai Camilleri Cauchi. Ritratt: Charles Spiteri Camilleri Cauchi, imwieled fl-1940, huwa iben l-iskultur magħruf Agostino Camilleri u Francesca Cauchi. Wara li kiber fl-istudjo ta’ missieru, Paolo kien dejjem involut fix-xena tal-arti. Hekk kif kiber, kien…
Read More
Wirja dwar il-Milied

Wirja dwar il-Milied

Sas-7 ta’ Jannar 2024, iċ-ċentru kulturali Il-Ħaġar fir-Rabat Għawdex għandu diversi esibiti konnessi mal-Milied fl-inizjattiva Milied f’Għawdex tal-Ministeru għal Għawdex . Verbum Dei Caro Factum, organizzata minn Joseph Calleja, fiha ‘l fuq sew minn għoxrin pittura taż-żejt, il-biċċa l-kbira fuq it-tila imma anki fuq il-metall u l-ħġieġ. Sellfuhom kollezzjonisti privati, is-Seminarju, il-bażiliċi tan-Nadur u x-Xagħra, Ta’ Pinu, u l-mużew tal-Katidral. L-Adorazzjoni tal-Maġi. Pittura mislufa mill-Mużew tal-Katidral t’Għawdex. Fl-ambitu tat-tema ġenerali tan-Natività, hemm trattati suġġetti bħal-Lunzjata, il-Viżitazzjoni, l-Anġlu jħabbar lil San Ġużepp, il-Preżentazzjoni, il-Maġi, il-Ħarba lejn l-Eġittu, is-Sagra Familja u s-Sejbien fit-Tempju. L-artisti jinkludu Dun Francesco de Domenici (1655-1733), Rokku Buhagiar…
Read More
Is-Sbuħija tan-Natura – Wirja

Is-Sbuħija tan-Natura – Wirja

F'din il-wirja ta' Luca Cauchi, li għandu 34 sena mill-Furjana u residenti fin-Nadur, Għawdex, l-artist irid jaqsam magħna mumenti sempliċi li fihom isib il-kobor tan-natura u s-sabiħ tagħha. Carpe Diem hija wirja tal-arti li qed issir fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex. L-għan tal-wirja hija li l-artist isib l-istraordinarju fl-ordinarju, il-kumpless fis-semplici, is-sabih fil-mument. Dawn il-kwadri, impittra biż-żebgħa taż-żejt, jistednuk sabiex tieqaf tirrifletti ftit fuq kif l-iċken mument fih rigal ta' sbuħija u kif permezz tal-arti inti wkoll tista' tesperjenza parti minn din is-sbuħija sottili li l-ħajja għoġobha twasslilna. Luca juża teknika mill-ifjen sabiex jaqbad l-effetti tad-dawl fuq is-suġġetti mpittra. Għalkemm l-artist dejjem…
Read More
Wirja ta’ arti viżiva fil-Kunsill tan-Nadur

Wirja ta’ arti viżiva fil-Kunsill tan-Nadur

Infetħet wirja tal-arti viżiva fis-Sala Joe Tabone li tinsab fil-Kunsill Lokali tan-Nadur. Fiha qed jieħdu sehem erba’ artisti li jużaw teknika differenti biex jesprimu lilhom infushom. Kien għalek li l-wirja issemmiet ‘Teknika’! L-Inawgurazzjoni saret mis-Sindku, Edward Said u tbierket mill-Kanonku Carmelo Portelli. Kienet l-idea ta’ Corrado Iozia li issir wirja tal-arti bejn artisti Nadurin u dawk minn Zafferana Etnea fi Sqallija, biex hekk ikompli jissaħħaħ il-ġemellaġġ bejn iż-żewġ lokalitajiet. F’dan il-ġemellaġġ kulturali Iozia qed juri xogħol ta’ ram immartellat. Hu jiżbogħ partijet minn uħud mix-xeni biex hekk joħroġ effett dinamiku. Pippo Ragonesi, qed jesibixxi xogħol fuq il-ġebla tal-vulkan. Ta’ min jgħid…
Read More
Wirja: On the Threshold of the Avantgarde

Wirja: On the Threshold of the Avantgarde

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura formalment wirja speċjali ta’ tnejn f’waħda fil-mużew Il-Ħaġar, b’xogħolijiet tal-artisti grafiċi Giovanni Battista Piranesi u Max Klinger. Ir-raġunijiet għall-għażla tal-isem On the Threshold of the Avantgarde (fuq l-għatba tal-avangwardja) ġew spjegati waqt sessjoni introduttiva tassew interessanti, immexxija minn Dr Christian Zammit. Il-parteċipanti taw prova ta’ kemm huma intiżi: inkludew lil Dottoressa Patrizia Foglia, il-koordinatur Valerio Ballotta, u Arialdo u Marta Ceribelli. Dr Mark Sagona ta l-analisi tiegħu qabel il-ftuħ. Din, u bosta artikli oħra, insibuhom f'katalgu (Il-Ħaġar GEMS 27) li jiġbor dettalji u illustrazzjonijiet li jibnu fuq l-esibiti nnifishom. Piranesi (1720 –1778) għandu post importanti fl-iżvilupp…
Read More
Exhibition by artist Michael Montebello

Exhibition by artist Michael Montebello

An exhibition by artist Michael Montebello is being held at the Banca Giuratale in Victoria, Gozo. It showcases 18 paintings featuring seascapes and sunsets and some abstracts of various sizes. The paintings, some in vibrant colours, others more subtle, represent the moods of the artist seen through the momentary vision. The medium used is acrylic on canvas except for one which is acrylic and other mediums on three-ply. Works by Montebello. Photo: CHARLES SPITERI Being his first exhibition, Montebello is a self-taught artist and relatively unknown. The exhibition is open Monday to Friday, from 7am to 2.30pm; Saturday and Sunday from…
Read More
L-artist Pawl Carbonaro jerġa’ jagħmilha!

L-artist Pawl Carbonaro jerġa’ jagħmilha!

Il-Wirja CARBONARO, koordinata minn Austin Camilleri, toffri sittin biċċa mifruxa madwar diversi livelli tal-mużew Il-Ħaġar – u verament jixirqilha post fil-programm eċċezzjonali ta’ attivitajiet f’din is-sena tal-għaxar anniversarju. Is-serata inawgurali nbdiet minn Antoine Vassallo li semma ż-żmien tas-sittinijiet meta 'Il-Profs' kien persunaġġ popolari fil-logħob tal-waterpolo organizzat f’Marsalforn. Joseph Borg imbagħad spjega l-isforzi meħtieġa biex tittella' xi ħaġa hekk. Pawl Carbonaro fl-aħħar irringrazzja lill-grupp ta’ voluntiera u lill-ħafna li onorawh billi mlew il-mużew. Pawl Carbonaro fin-nofs flimkien ma’ l-ex-ministru għal Għawdex Anton Tabone (xellug) u Carmel Camilleri ex-uffiċjal ta’ bank kummerċjali waqt żjara lill-wirja nhar it-Tlieta, Settembru 12. Ritratt: CHARLES SPITERI Pawl…
Read More
250 anniversarju ta’ Francesco Zahra

250 anniversarju ta’ Francesco Zahra

Is-Sibt 19 t’Awwissu ħabat eżatt il-250 anniversarju tal-mewt ta’ Francesco Zahra, protagonist minn ta’ quddiem nett fl-arti barokka f’pajjiżna ta’ nofs is-seklu tmintax. Biex titfakkar din l-okkażjoni, il-Professur Keith Sciberras, il-kuratur ta wirja eċċezzjonali dwar Zahra fil-mużew Il-Ħaġar u mexxa konferenza 'peripatetika' madwarha. Fil-fatt, wara introduzzjoni, dawwar il-ħafna parteċipanti maż-żewġ swali, jenfasizza d-diversi aspetti f’kull pittura partikulari. X’ħin qassam is-sittin biċċa, kellu f’moħħu 'vjaġġ' mal-iżvilupp tal-istil tal-artist, inklużi possibilitajiet għal tqabbil max-xogħol bl-istess tip ta’ suġġett ta’ kontemporanji. Uħud minn dawk preżenti għall-konferenza li ta l-Professur Keith Sciberras. Ritratt: Charles Spiteri Peress li bosta mill-esibiti nġabru minn kollezzjonijiet privati, din l-esperjenza…
Read More
Inawgurazzjoni ta’ Pittura

Inawgurazzjoni ta’ Pittura

Kav. Pawlu Camilleri Cauchi quddiem il-pittura tat-Trasfigurazzjoni. Ritratt: Charles Spiteri Nhar il-Ħadd, 6 ta' Awwissu 2023, Jum is-Salvatur, ser tiġi ċċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu. Mons Jos Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, il-quddiesa tad-9.30 ta’ filgħodu, fil-Kappella tas-Salvatur, u ser tiġi ukoll trażmessa fuq TVM. F’din l-okkażjoni, li ser tfakkar ukoll il-125 anniversarju Parrokkjali, ser tiġi nawgurata l-pittura tal-kwadru titulari li jirraprezenta t-Trasfigurazjoni, xogħol il-pittur magħruf Għawdxi, il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi. Din il-Kappella kienet teżiżti qabel l-1487 u llum tagħmel parti mill-Parroċċa San Ġużepp tal-Kalkara.
Read More