Reliġjożità

Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani f’Għajnsielem, nhar it-Tnejn 19 ta’ Frar filgħaxija, sar il-Bible Sharing. Patri Gwardjan Marcello Ghirlando qasam flimkien mal-komunita’ preżenti l-Vanġelu tal-Ħadd li ġej, 25 ta’ Frar 2024. U bħalma sar fi żmien l-Avvent, anke matul dan iż-żmien tar-Randan, min-nhar it-Tnejn ukoll bdiet tingħad flimkien mal-ġemgħa ta’ insara preżenti il-Via Sagra u t-Talba ta’ l-Għasar qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Sadattant nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar, l-aħħar Ġimgħa tax-xahar, fl-imsemmija knisja ser issir ċelebrazzjoni ta’ quddiesa b’Talb għall-Fejqan, immexxija wkoll minn Patri Ghirlando. Fis-6pm issir l-Adorazzjoni, jingħad ir-rużarju u Kant ta’ Tifħir u fis-7pm tibda l-quddiesa. Janima l-kant Mario u…
Read More
Il-Knisja Kattolika Tagħti Bidu Għar-Randan Imqaddes

Il-Knisja Kattolika Tagħti Bidu Għar-Randan Imqaddes

Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Frar 2024, l-Knisja Kattolika tat bidu għar-Randan Imqaddes, b’ċelebrazzjonijiet ta’ quddies, it-tberik u t-tqegħid tal-irmied fil-knejjes kollha tad-djoċesi t’Għawdex. 40 jum ta’ talb u penitenza bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu’ Kristu. Mument waqt il-Konċelebrazzjoni. Jidhru mix-xellug għal-lemin, Patri Ġwann, Patri Marċello, Patri Walter u Patri Gabriel. Ritratt: Charles Spiteri Bħalma sar fl-Avvent, anki għal matul iż-żmien qaddis tar-Randan, il-Knisja f’Għawdex qed toffri l-ktieb tal-Liturġija tas-Sigħat b’għajnuna biex fil-komunitajiet jingħad iktar ta’ spiss it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum u l-Għasar bħala espressjoni mill-isbaħ ta’ talb, li hi waħda mit-temi tal-Pjan Pastorali Djoċesan.…
Read More
Vetrina ta’ oġġetti tal-Papiet

Vetrina ta’ oġġetti tal-Papiet

Antoine Vassallo, ċermen tal-Fondazzjoni Belt Victoria li tmexxi dan iċ-ċentru kulturali, qalilna li qegħdin jippjanaw vetrina kbira biex turi fiha d-diversi oġġetti konnessi mal-Papiet. Per eżempju, ta’ Benedittu ukoll għandhom l-aħħar kallotta qabel irriżenja, akkwistata minn Mons Alfred Xuereb ukoll. Il-Kardinal Grech, dak iż-żmien Isqof t’Għawdex, offra fil-ftuħ tal-Mużew ittra ta’ ringrazzjament mingħandu fl-okkażjoni taż-żjara f’pajjiżna u mitra minn New York. Il-kollezzjoni tinkludi kallotti ta’ Papiet ta’ qabel, minn San Ġwanni Pawlu sa Piju XII. Minn ta’ Franġisku hemm ukoll sett li l-Qdusija Tiegħu kien ta lill-kor Laudate Pueri fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Quddiesa tal-Epifanija f’San Pietru. Ma ninsewx li Mons…
Read More
Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Attivitajiet reliġjużi f’Għajnsielem

Il-Ħadd 7 ta’ Jannar 2024, wara il-quddiesa tal-Familja fil-Knisja parrokkjali ta’ Għajnsielem, fl-okkażjoni tal-festa tal-Epifanija sar il-bews tax-xbieha ta’ Ġesù Bambin. Sar ukoll it-tberik ta’ kuruni li t-tfal stess kienu ħadmu l-ġurnata ta’ qabel waqt it-tieni sessjoni ta’ Għajnsielem Kidz imtella’ mill-Grupp Sinfonia del Sole fi ħdan l-Għaqda Armar Għajnsielem. L-Arċipriet Can. Frankie Bajada stieden lil kulħadd għal preparazzjoni tajba għat-tiġdid tal-aggregazzjoni taż-żewġ knejjes parrokkjali mas-Santwarju tad-Dar Imqaddsa ta’ Loreto meta fl-1 ta’ Settembru 2024 jkun hawn fostna Mons Arċisqof Fabio dal Cin, Arċisqof Prelat tad-Dar Imqaddsa ta’ Loreto, biex imexxi l-funzjonijiet prinċipali tal-Festa Parrokkjali. Il-Knisja Parrokkjali attwali u dik…
Read More
Esibizzjoni ‘Bambini’ ġewwa il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella

Esibizzjoni ‘Bambini’ ġewwa il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika La Stella

Matul dawn il-jiem ta’ festi, l-Għaqda Armar San Ġorġ Martri qed ittella’ esebizzjoni interessanti ta’ kollezzjoni ta’ Bambini u pasturi. Ħafna minn dawn il-Bambini u pasturi huma xogħol antik lokali fix-xemgħa jew fit-tafal. Insibu ukoll Bambini oħra tradizzjonali ta’ pajjiżi oħra, fosthom hemm Bambini li nġabu mil-Peru, Praga u Spanja. Bambini u pittura fil-esebizzjoni Numru ta’ artisti rinomati qed jesebixxu xogħolhom f’din il-kollezzjoni sabiħa, fosthom il-Kav. Adonai Camilleri Cauchi, Michael Cutajar Zahra, Josef Mizzi u Paul Cassar. Pasturi, presepji u pittura oħra fl-esebizzjoni Parti oħra f’din l-esibizzjoni hija dik ta’ numru sabiħ ta’ presepji maħduma mill-istudenti tal-Gozo College Middle School. Hawn nsibu…
Read More
Wirjiet fl-Istitut Dar Ta’ San Ġużepp u fis-sala parrokkjali ta’ Għajnsielem

Wirjiet fl-Istitut Dar Ta’ San Ġużepp u fis-sala parrokkjali ta’ Għajnsielem

Għimmanu-El, Għaqda Presepisti Għajnsielem Għawdex, bħalissa qed torganiżża żewġ wirjiet. Waħda tinsab fl-Istitut Dar ta' San Ġużepp u l-oħra fis-sala li qiegħda taħt il-knisja parrokkjali ta’ Għajnsielem, maġenb fejn hemm l-istazzjon ta’ Radju Lauretana. L-ewwel wirja li tinsab fl-Istitut hija l-istess wirja li sena ilu kienet f’Bergamo l-Italja bl-isem ta’ Il-Presepju Malti, Arti, Fidi u Tradizzjoni, li tikkonsisti fi 33 presepju u diorami, statwi tal-Bambin Ġesu’ u pasturi oħra, kollha magħmulin minn presepisti Għawdxin u Maltin. ‘Il-Presepju Malti - Arti, Fidi u Tradizzjoni’, ftit mill-presepji esebiti fis-Sala tal-Istitut ta’ San Ġużepp, f’Għajnsielem. Fit-tieni wirja jinsabu ħames diorami kollha xogħol tal-imgħallem…
Read More
Il-Miraklu ta’ Greccio fl-Italja – pittura ġdida

Il-Miraklu ta’ Greccio fl-Italja – pittura ġdida

Din is-sena qed jiġi mfakkar it-tmien mitt sena mill-ewwel presepju imwaqqaf minn San Franġisk t’Assisi fi Greccio, l-Italja. Għal din l-okkażżjoni speċjali, l-artist Paul Cassar, mir-Rabat Għawdex, ħejja kwadru maħdum biż-żejt, ta’ daqs 90 b’70 cm, li juri l-miraklu li seħħ fil-lejl tal-Milied, f’idejn il-qaddis t’Assisi.  Il-qaddis jidher liebes ta’ djaknu fuq l-abiti karatteristiċi tiegħu.  Hu jidher iħaddan lil Ġesu Bambin f’idu x-xellugija filwaqt li jiffissa għajnejħ fuqu. Kollox jidher jieħu l-ħajja fi grotta li tidher tinsab 'il barra mill-irħajjel ta’ La Capelletta bit-torri imponenti tiegħu fl-isfond. Il-pittura tal-artist Paul Cassar Dan ix-xogħol juri l-karatteristiċi ta’ Cassar, ewlenin fosthom huma…
Read More
Ninu Ninu u l-Qagħqiet

Ninu Ninu u l-Qagħqiet

Din kienet attività organizzata fil-Mitħna tax-Xewkija, is-Sibt, 16 ta' Diċembru 2023. Membri minn Tal-Fuklar Folk Group daqqew strumenti folkloristici Maltin u kantaw Għanjiet tal-Milied. Michel Refalo daqq il-kitarra u kanta, George Refalo bit-tamburell u Amea-Jo, tifla ta' 8 snin, kienet tkanta wkoll. L-Għanjiet tal-Milied li tkantaw kienu Ninni La Tibkix Iżjed, Ninu Ninu tal-Milied, Libsa bil-Barnuż u O Lejl ta' Skiet. Membri minn Tal-Fuklar Folk Group. Mix-xellug għal-lemin jidhru George Refalo, iż-żgħira Amea-Jo u Michel Refalo Magħhom kien hemm ukoll Salvina Portelli, min-Nadur, li kienet qed taħdem u tipprepara l-Qagħaq tal-Għasel fuq riċetta tradizzjonali Maltija, billi tagħmel l-għagina, tiftaħha, tipprepara…
Read More
Is-Siġra tal-Milied f’Għajnsielem

Is-Siġra tal-Milied f’Għajnsielem

Kif kien mistenni, il-Ħadd li għadda,10 ta’ Diċembru 2023, ġiet inawgurata s-sigra unika tal-Milied, fil-Pjazza tal-Knisja tal-Madonna ta’ Loretu, f’Għajnsielem. L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, li flimkien mas-Sindku tal-Lokalita’ Kevin Cauchi u l-moħħ wara dan il-proġett Franco Ciangura għamlu kelmtejn tal-okkażjoni. It-tberik tas-sigra sar mill-Arċipriet tal-Parroċċa, il-Kanonku Frankie Bajada. Meta tkellimna mas-Sur Ciangura qalilna illi kien team żgħir imma b’qalb kbira, li għal dawn l-aħħar 10 ġimgħat ħadem bla waqfien biex jkunu jistgħu jagħtu attrazzjoni oħra unika għal dan iż- żmien sabiħ tal-Milied. Din is-sena kull min ser iżur din is-siġra unika ser ikun jista’ jidħol ġo fiha…
Read More
Christmas display by Maltese in England

Christmas display by Maltese in England

Readers in Australia would be familiar with the displays set up by many Maltese migrants who, come Christmas time, decorate their house inside and out with many passing by to view in the balmy weather of the southern hemisphere’s summer. But a family in the UK has been also doing just that for over a decade, to the amazement of neighbours and other visitors. And they have also been doing their bit for charity collecting money for an organisation offering hospice care. It is the labour of love of the Pulis family – Ian and his wife Michelle with their…
Read More