Ludwig Galea f’Sydney għas-seba’ darba

Se jkun kuncert eċċezzjonali, hekk qed jgħidu l-organizzaturi tas-seba’ żjara fl-Awstralja tal-kantant magħruf Malti, Ludwig Galea.

Se jkun kuncert iddedikat għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien u għalhekk il-mużika mill-famuża operetta patrijottika ĠENSNA se tkun prominenti.

Il-kantant Malti Ludwig Galea. Ritratt: ipprovdut

It-tenur pop, Ludwig Galea ftit għandu bżonn introduzzjoni mal-Maltin ta’ NSW għax kull kuncert li ppreżenta fis-sitt żjarat tiegħu kollha kienu mimlija daqs bajda.

Wieħed biss kien diżastru, iżda ċertament ma kienx tort tiegħu. Wasal l-Awstralja, meta diġà kien ġie erba’ darbiet qabel, iżda din id-darba ħabbatha mal-coronavirus.

Wasal Sydney fit-13 ta’ Marzu 2020 u għalkemm beda jberraq, il-kunċert fil-WentyLeagues Club kien xorta se jsir. Iżda bdew jingħalqu l-ajruporti u Ludwig kellu jdabbar rasu għax kien se jinqabad l-Awstralja tul il-pandemija.

Il-kunċert tħassar u Ludwig bil-ħniena laħaq ħareġ mill-Awstralja qabel ma ngħalqu l-ajruporti kemm Sydney u anke Malta.

Izda dan l-entertainer ta’ kwalità għolija donnu għamel Sydney it-tieni art tiegħu u se jkun magħna mill-ġdid għas-seba’ darba fit-3 ta’ Marzu fil-Wenthwortville Leagues Club, din id-darba akkumpanjat minn kantanta żgħażugħa minn Malta bl-isem ta’ Jasmine Abela ta’ 24 sena li ħafna qed jgħidu li se tkun Mary Spiteri ohra. Diġa kantat f’sitt pajjiżi differenti.

Dawk li jixtiequ jattendu jridu jibbukkjaw billi jcemplu lil Monica 0414859 386 jew Charles 0421 662 298.

By TVOTM Community Desk

Related Posts