Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar

Tliet artisti qegħdin juru xogħolijiet tagħhom f’esibizzjoni kollettiva fil-mużew Il-Ħaġar. Unknown Prescription, b’Austin Camilleri bħala kuratur, tibqa’ miftuħa sal-14 t’April 2024 u se jkollha xi attivitajiet jakkumpanjawha. Il-katalgu ħareġ fis-17 ta’ Frar 2024 bħala numru 28 fis-sensiela GEMS.

Mario Abela, li jgħallem fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST, għandu sfond fl-arti u l-istorja, kif ukoll l-arti diġitali. Irċieva bosta unuri, anki barra. Jislet minn diversi tekniċi, waqt li jinvestiga l-bniedem man-natura.

Mario Abela – And Still They MoveI – Oil on Canvas, 2023. Ritratt: Charles Spiteri

Charles Balzan inbena fuq id-disinn grafiku u l-istorja tal-arti u jinvolvi ruħu fl-istallazzjonijiet, fotografija, inċiżjoni, disinn u pittura. Ipparteċipa f’bosta wirjiet billi jistudja l-emozzjoni u l-kilba għal-libertà.

Charles Balzan – Silkscreen, limestone and soot, 2024. Ritratt: Charles Spiteri

Justin Falzon jgħallem l-Iskola tal-Arti, wara li kompla l-istudji tiegħu Firenze. Esibixxa ħafna, bil-mira li janalizza il-fraġilità u r-reżiljenza tal-ġisem waqt li jagħraf l-konnessjoni profonda bejn dak li hu reali u dak li jinbidel.

Justin Falzon – Oil on wood, 2023. Ritratt: Charles Spiteri

Il-Ħaġar, miftuħ mid-9am sal-5pm sebat ijiem fil-ġimgħa, ikompli bil-politika tad-demokratizzazjoni tal-apprezzament wiesa’ tal-arti billi m’għandux ħlas tad-dħul.

It-tliet artisti Justin Falzon, Charles Balzan u Marco Abela. Ritratt: Charles Spiteri
By Charles Spiteri

Related Posts