POEŻIJI

  • Kemm inħobb il-Karnival!
    Ix-xalar u l-briju nħobbhomdawn jerġgħu jagħmluni tfal;kont insejt illi Frar wasalw għalhekk reġa’ l-Karnival! U la darba qiegħed magħnadan iż-żmien ta’ ferħ u bluha,niddevertu, niżfnu żifnau ninsew tal-ħajja kruha! Maskra nxiddu, kostum nilbsuniġġerrew mat-toroq tagħna,xi perlina wkoll inwaddbu –Araha ġejja! Ingħaqdu magħna! Din is-sena wkoll spettakluitellgħu tfal tal-iskolaminn kull rokna ta’ gżiritnamaskarati tiżfen, togħla. U […]
  • Innu lill-Madonna tal-Vitorja
    Waslet il-festa tagħnaNifirħu lkoll flimkienIl-festa tal-MadonnaFil-knisja tal-Maltin In-nies ta’ IllawarraKemm huma ferħaninU kemm hi sabiħa l-għaqdaLi naħdmu lkoll flimkien O Marija ħelwa BambinaDan l-innu nkantaw Illum niffesteġġjawJum twelidek nożżuhTal-Vitorja nżommuhIl-Maltin u l-Għawdxin Int Padruna tal-MaltinUliedek imsejħinTaħt ismek mgħammdinFi żmien ta’ twemmin kbir O Marija ħelwa BambinaDan l-innu nkantaw
  • Puer natus est nobis
    Il-Milied hu festa kbirali jfakkarna fil-Bambinilli twieled ġewwa grottagħall-ġnus kollha midinbin. O Ġesù, ċkejken tarbija,la teħux għall-ħtijiet tagħna;kun af illi aħna dejjemirriduk li tibqa’ magħna. Kienet lejla minn tax-xitwameta l-anġli lkoll kantawli l-Feddej kien wasal fostnagħaliex riedna nsalvaw. L-anġli nstemgħu jgħannu hienjaqtajja’ qtajja’ ferħanin;“Glorja ’l Alla ’l fuq fis-Sema,sliem u paċi lill-bnedmin!”. Fuq il-belt żgħira […]
  • Versi ddedikati lill-E.T. Dr Ġorġ Vella, President ta’ Malta
    Ix-xemx ma tinżel qatt minn fuq uliedek, Malta!Għax dawn mal-erba’ rjieħ infirxu għalenija,drawwiet iġorru tal-qedem u dawk ta’ żmienna,biex bħal bdiewa biżlin ħerqana jiżirgħuhomu jroddu l-frott il-ġdid bi ħlewwet l-Art Għaslijaħa jibqgħu jitgawdew minn nieshom u l-barrani. U int, President den illi b’għemilek tgħaqqadl-ulied fil-Gżiriet tagħna u kull fejn jimirħu,illum ġejt f’dawn l-inħawi biex ir-rabta […]
  • Lill-Kbir Martri San Ġorġ
    Minn dil-qalb ta’ Ġorġjan tħabbat,Ġorġi, ilqa’ dawn il-vrus;toqgħodx taħseb… dawn żgur ħarġuminn qiegħ qalbi, dal-ftit ħsus! Ta’ kull sena jien niktiblekpoeżija li tistħoqqloksabiex biha nsellimleku l-ħajr tiegħi jien irroddlok. Ta’ dak kollu l’inti tagħmelma’ uliedek tul is-sninmeta għalihom tinterċediquddiem Alla l-ħanin. Dan għamiltu int fl-imgħoddiu tibqa’ tagħmlu llum;ibqa’ ħarstek itfa’ fuqnau mexxi tagħna t-tmun! Għax […]