MIX-XENA TAL-ĦAJJA MALTIJA

  • Erġajna bl-istħarriġ politiku
    Bdiet is-sena.. u mill-ġdid tfaċċa l-istħarriġ politiku dwar is-sitwazzjoni tal-partiti politiċi u ta’ min imexxihom. U nistgħu ngħidu, li ħlief forsi għaċ-ċaqlieq ta’ xi figuri, il-punti prinċipali li joħorġu minn dawn l-Istħarriġ jibqgħu l-istess  bħal dawk ta’ tmiem is-sena li għaddiet: Iż-żewġ stħarriġ li kellna kienu dawk ta’ Vince Marmara għall-ġurnal ta’ nhar ta’ Ħadd it-Torċa u […]
  • Tirranka l-kampanja elettorali
    Bdiet tirranka sew il-kampanja elettorali għall-elezzjonijiet li ser ikollna f’Ġunju li ġej. Attwalment ser ikollna żewġ elezzjonijiet fl-istess ġurnata: dik għall-Kunsilli Lokali u dik għall-Parlament tal-Unjoni Ewropeja. Għalkemm il-partiti politiċi lokali qed jaħdmu fuq iż-żewġ elezzjonijiet, il-media lokali l-aktar li qed tiffoka fuq l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Jidher li l-partiti politiċi qed isibuha diffiċli biex isibu kandidati […]
  • Teftufiet
    Drones: Kumpanija Maltija rreġistrata f’Malta bl-isem ta’ Dronamics Europe Airlines qed twettaq proġett bl-għan aħħari li tkun mal-ewwel kumpaniji fl-Ewropa u fid-dinja li jkollha drones kapaċi jwasslu merkanzija f’postijiet remoti. Il-proġett, li qed taħdem fuqu Dronamics, huwa simili għal dak tal-ġarr tal-merkanzija minn ajruport għall-ieħor permezz tal-linji tal-ajru tal-merkanzija, iżda f’dan il-każ jsir biss permezz […]
  • L-Arċisqof ta’ Malta favur li qassisin jiżżewġu
    Filwaqt li kulħadd kien qed jaqra u jitkellem dwar it-tibdil li sar fil-kabinett propju l-bieraħ filgħaxija…. aħbar li kienet qed tiddomina l-midja lokali, tfaċċat aħbar oħra li xejn ma kienet mistennija. Dan meta The Sunday Times ħabbret b’ittri kbar: Watch: Priests should have option to marry – Archbishop Charles Scicluna Din l-istqarrija min-naħa tal-Arċisqof Mons […]
  • Il-Maltin jiftħu idejhom
    U għal darb’oħra l-Maltin u l-Għawdxin, matul il-jiem tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fetħu idejhom biex jgħinu fil-ġbir li jsir ta’ kull sena f’dawn iż-żminijiet, bl-ikbar kontribuzzjoni tkun dik favur il-Malta Community Chest Fund. Il-Malta Community Chest Fund taf il-bidu tagħha lill-Gvernatur Sir Robert Laycock li fis-sena 1958 organizza għall-ewwel darba the Ball of the August Moon bl-iskop […]
  • Suċċess għan-nisa, ġbir u politika
    Il-football Malti għandu storja twila billi l-Ingliżi daħħlu din il-logħba fil-gżejjer tagħna ferm qabel uħud mill-pajjiżi tal-Ewropa li llum jiddominaw din il-logħba. Iżda minkejja dan, ftit li xejn imxejna ‘il quddiem fix-xena nternazzjonali, bit-team nazzjonali tagħna (tal-irġiel) rari jagħmel xi avvanz fit-turnej li jsiru fosthom il-World Cup. Għal snin twal il-football kien iddominat mill-irġiel… anzi […]
  • L-Aħħar Stħarriġ…. u stejjer oħra
    Jidher li  l-ġurnali Maltin tawha għall-istħarriġ dwar l-elezzjonijiet u l-popolarità tal-mexxejja tal-partiti politiċi lokali, għax għal darb’oħra f’qasir żmien għandna stħarriġ, din id-darba tal-ġurnal ta’ nhar ta’ Ħadd, it-Torċa, li bħas-soltu sar minn Dott. Vincent Marmara.   F’dan l-istħarriġ ħadu sehem elf parteċipant. Nista’ ngħid li dan l-istħarriġ jagħtina l-istess stampa li tawna l-istħarriġ preċedenti li sar mit-tliet ġurnali: It-Torċa, Malta Today […]
  • Baġit Soċjali
    Bla dubbju ta’ xejn, il-midja Maltija din il-ġimgħa hija ddominata mid-diskors tal-Baġit. Wieħed jista’ jgħid li f’dawn l-aħħar snin naqset dik l-istennija tal-pubbliku għal dan id-diskors. Waħda mir-raġunijiet tista’ tkun li għaddejna minn numru ta’ snin fejn baġit wara l-ieħor f’dawn id-diskorsi ma tħabbrux taxxi diretti, kif ukoll li llum l-mezzi ta’ informazzjoni nbidlu sewwa u […]
  • Stħarriġ ieħor
    Il-Ħadd li għadd kellna stħarriġ ieħor li jipprova jagħtina stampa x’jiġri jekk kieku kellha ssir elezzjoni fil-jiem li sar dan l-istħarriġ. Din id-darba mill-ġurnal ta’ kuljum bl-Ingliż: The Times. Dan l-istħarriġ, nistgħu ngħidu, jikkonferma dak li wriena dak ta’ it-Torċa, jiġifieri li kieku kellha ssir elezzjoni f’dawn iż-żminijiet, xorta l-Partit Laburista jispiċċa fil-Gvern, imma skont dan […]
  • L-Elezzjonijiet: Għaliex Għawdex l-Akbar Distrett
    Skont il-Liġi Elettorali Maltija, l-ebda distrett ma jista’ jkollu aktar minn 5% eletturi minn distretti oħra. U għalhekk minn żmien għal żmien ġie li jkun hemm tibdil fil-konfini elettorali, billi xi lokalita’, u saħansitra, f’każi rari, parti minn lokalita’, li minn elezzjoni għall-oħra titpoġġa ma distrett differenti minn dak tal-elezzjonijiet ta’ qabel. U fil-passat mhux […]