ARTI

  • Unknown Prescription: esebizzjoni ta’ tliet artisti fil-mużew Il-Ħaġar
    Tliet artisti qegħdin juru xogħolijiet tagħhom f’esibizzjoni kollettiva fil-mużew Il-Ħaġar. Unknown Prescription, b’Austin Camilleri bħala kuratur, tibqa’ miftuħa sal-14 t’April 2024 u se jkollha xi attivitajiet jakkumpanjawha. Il-katalgu ħareġ fis-17 ta’ Frar 2024 bħala numru 28 fis-sensiela GEMS. Mario Abela, li jgħallem fl-Istitut għall-Arti Kreattiva tal-MCAST, għandu sfond fl-arti u l-istorja, kif ukoll l-arti diġitali. Irċieva […]
  • Wirja ta’ Arti Sagra minn Paolo Camilleri Cauchi
    It-tielet edizzjoni tal-Gozo Arts Weekend, li saret mis-26 sat-28 ta’ Jannar 2024, kienet tinkludi xogħlijiet ta’ Paolo Camilleri Cauchi, artist mir-Rabat Għawdex. Ix-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’diversi knejjes, fosthom fil-knisja parrokkjali tal-Fontana, fil-knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem, fil-Bażilika tal-Għarb, fis-santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Qala, fil-knisja parrokkjali ta’ San Lawrenz, fil-Katidral u fil-knisja ta’ San Franġisk fir-Rabat […]
  • Wirja dwar il-Milied
    Sas-7 ta’ Jannar 2024, iċ-ċentru kulturali Il-Ħaġar fir-Rabat Għawdex għandu diversi esibiti konnessi mal-Milied fl-inizjattiva Milied f’Għawdex tal-Ministeru għal Għawdex . Verbum Dei Caro Factum, organizzata minn Joseph Calleja, fiha ‘l fuq sew minn għoxrin pittura taż-żejt, il-biċċa l-kbira fuq it-tila imma anki fuq il-metall u l-ħġieġ. Sellfuhom kollezzjonisti privati, is-Seminarju, il-bażiliċi tan-Nadur u x-Xagħra, […]
  • Is-Sbuħija tan-Natura – Wirja
    F’din il-wirja ta’ Luca Cauchi, li għandu 34 sena mill-Furjana u residenti fin-Nadur, Għawdex, l-artist irid jaqsam magħna mumenti sempliċi li fihom isib il-kobor tan-natura u s-sabiħ tagħha. Carpe Diem hija wirja tal-arti li qed issir fil-Banca Giuratale fir-Rabat Għawdex. L-għan tal-wirja hija li l-artist isib l-istraordinarju fl-ordinarju, il-kumpless fis-semplici, is-sabih fil-mument. Dawn il-kwadri, impittra biż-żebgħa […]
  • Wirja ta’ arti viżiva fil-Kunsill tan-Nadur
    Infetħet wirja tal-arti viżiva fis-Sala Joe Tabone li tinsab fil-Kunsill Lokali tan-Nadur. Fiha qed jieħdu sehem erba’ artisti li jużaw teknika differenti biex jesprimu lilhom infushom. Kien għalek li l-wirja issemmiet ‘Teknika’! L-Inawgurazzjoni saret mis-Sindku, Edward Said u tbierket mill-Kanonku Carmelo Portelli. Kienet l-idea ta’ Corrado Iozia li issir wirja tal-arti bejn artisti Nadurin u […]
  • Wirja: On the Threshold of the Avantgarde
    Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri inawgura formalment wirja speċjali ta’ tnejn f’waħda fil-mużew Il-Ħaġar, b’xogħolijiet tal-artisti grafiċi Giovanni Battista Piranesi u Max Klinger. Ir-raġunijiet għall-għażla tal-isem On the Threshold of the Avantgarde (fuq l-għatba tal-avangwardja) ġew spjegati waqt sessjoni introduttiva tassew interessanti, immexxija minn Dr Christian Zammit. Il-parteċipanti taw prova ta’ kemm huma intiżi: inkludew lil Dottoressa […]
  • Exhibition by artist Michael Montebello
    An exhibition by artist Michael Montebello is being held at the Banca Giuratale in Victoria, Gozo. It showcases 18 paintings featuring seascapes and sunsets and some abstracts of various sizes. The paintings, some in vibrant colours, others more subtle, represent the moods of the artist seen through the momentary vision. The medium used is acrylic […]
  • L-artist Pawl Carbonaro jerġa’ jagħmilha!
    Il-Wirja CARBONARO, koordinata minn Austin Camilleri, toffri sittin biċċa mifruxa madwar diversi livelli tal-mużew Il-Ħaġar – u verament jixirqilha post fil-programm eċċezzjonali ta’ attivitajiet f’din is-sena tal-għaxar anniversarju. Is-serata inawgurali nbdiet minn Antoine Vassallo li semma ż-żmien tas-sittinijiet meta ‘Il-Profs’ kien persunaġġ popolari fil-logħob tal-waterpolo organizzat f’Marsalforn. Joseph Borg imbagħad spjega l-isforzi meħtieġa biex tittella’ xi […]
  • 250 anniversarju ta’ Francesco Zahra
    Is-Sibt 19 t’Awwissu ħabat eżatt il-250 anniversarju tal-mewt ta’ Francesco Zahra, protagonist minn ta’ quddiem nett fl-arti barokka f’pajjiżna ta’ nofs is-seklu tmintax. Biex titfakkar din l-okkażjoni, il-Professur Keith Sciberras, il-kuratur ta wirja eċċezzjonali dwar Zahra fil-mużew Il-Ħaġar u mexxa konferenza ‘peripatetika’ madwarha. Fil-fatt, wara introduzzjoni, dawwar il-ħafna parteċipanti maż-żewġ swali, jenfasizza d-diversi aspetti f’kull pittura […]
  • Inawgurazzjoni ta’ Pittura
    Nhar il-Ħadd, 6 ta’ Awwissu 2023, Jum is-Salvatur, ser tiġi ċċelebrata mill-Eċċ. Tiegħu. Mons Jos Galea Curmi, Vigarju Ġenerali, il-quddiesa tad-9.30 ta’ filgħodu, fil-Kappella tas-Salvatur, u ser tiġi ukoll trażmessa fuq TVM. F’din l-okkażjoni, li ser tfakkar ukoll il-125 anniversarju Parrokkjali, ser tiġi nawgurata l-pittura tal-kwadru titulari li jirraprezenta t-Trasfigurazjoni, xogħol il-pittur magħruf Għawdxi, il-Kavallier […]