FILATELIJA

  • Envelops u bolol li jfakkru l-ewwel titjiriet
    Peress li l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta qiegħda tersaq lejn tmiemha, il-Gozo Philatelic Society iddeċidiet li tuża l-vetrina li għandha fil-mużew Il-Ħaġar biex turi assortiment sabiħ ta’ envelops mibgħuta fuq l-ewwel titjira f’destinazzjoni ġdida. Sintendi twaħħlulhom bolli b’timbru ta’ dik id-data partikulari. Fil-fatt il-biċċa l-kbira jirreferu għal rotot tal-Air Malta mill-1972. Dawn jinkludu Amburgu, Amsterdam, […]
  • Bolli bil-Presidenti ta’ Malta
    Wieħed mill-proġetti għal din is-sena tal-ġublew tal-fidda tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex hu sett ta’ bolli personalizzati u kartolini bil-Presidenti ta’ pajjiżna, xieraq sew peress li fl-2024 niċċelebraw ukoll il-Ġublew tad-Deheb ta’ Malta Repubblika. Dawn id-disinni tħallew f’idejn Toni Grech li għandu esperjenza qawwija b’suċċess kbir f’settijiet simili fi snin mgħoddija, per eżempju il-Prim Ministri ta’ Malta u […]
  • Esibizzjoni tas-Soċjetà Filatelika
    Fil-librerija tal-iskola tas-Seminarju saret il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati u tifkiriet lill-istudenti li pparteċipaw f’livell impressjonanti fl-Esibizzjoni tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex f’Novembru 2023 fiċ-ċentru kulturali Il-Ħaġar. F’istess ħin kien hemm għażla ta’ esibiti ukoll. Is-segretarju tal-Gozo Philatelic Society (GPS) Antoine Vassallo ħeġġiġhom ikomplu f’dan id-delizzju pożittiv, ħsieb konfermat mill-kap tal-iskola Dun Charles Sultana. Il-Viċi President tal-GPS Anthony Grech, li […]
  • Wirja Annwali tad-Dilettanti tal-Filatelija
    Il-Wirja annwali tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex din is-sena qiegħda tinżamm fil-mużew u ċentru kulturali Il-Ħaġar u tbierket minn Dun Joseph Attard. L-esibiti taż-Żgħar u l-Kbar joffru firxa interessanti ta’ temi, f’diversi klassijiet, mhux it-Tradizzjonali biss. Bħala reliġjon, hemm l-anniversarju titulari tax-Xagħra u statwi proċessjonali. Flora u fawna hemm ftit mhux ħażin, flimkien ma’ aspetti storiċi bħall-assedju tal-1565 […]
  • Filatelija Operistika
    Il-vetrina tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex fil-mużew Il-Ħaġar issa għandha firxa ta’ esebiti konnessi mat-tema tal-opra, fl-inizjativa tal-Ministeru għal Għawdex għax-xahar t’Ottubru 2023. Jolqtu l-għajn żgur envelops bir-ritratti tal-proptagonisti prinċipali tal-opra Carmen li kienet ittellgħet b’tant suċċess fl-2010, iffirmati minnhom stess. Magħhom hemm kartolini filatelitiċi li jiċċelebraw Komposituri u Teatri. Il-filatelisti u d-dilettanti jistgħu jżuru matul Ottubru kollu. […]
  • Tifkira filatelika tal-Bambina tax-Xagħra
    Il-parroċċa tax-Xagħra tinsab tiċċelebra l-ħamsin anniversarju tal-inkurunazzjoni tal-vara titulari tal-Bambina. Kienet l-ewwel statwa Marjana mogħtija dan l-unur f’Għawdex. Il-kappillan Dun Ġwann Camilleri akkwistaha mingħand id-ditta Franċiża Gallard ta’ Marsilja u tbierket mill-Isqof Pietru Pace fl-1878. Ma damitx ma bdiet tiżviluppa x-xenqa li din ix-xbiha tirċievi nkurunazzjoni. Peress li l-Isqof Nikol Cauchi ma kienx kontra, fl-aħħar […]
  • Il-MaltaPost tfakkar lil Francesco Zahra
    Il-MaltaPost iċċelebrat il-250 anniversarju mill-mewt tal-artist prominenti Malti Francesco Zahra b’sett bolli tassew attraenti li juri tliet opri tiegħu li għandhom il-MUŻA, flimkien ma’ folju li jirriproduċi wieħed mil-laterali tal-kor fil-Bażilika ta’ San Ġorġ f’Għawdex. U allura ma nistagħġbux li kellna xi dilettanti Għawdxin li ppreparaw tifkiriet speċjali! Folder impressjonanti pproduċih il-mużew Il-Ħaġar li sat-3 […]
  • Sett bolli ġodda
    Is-SEPAC (Small European Postal Administration Corporations), organizzazzjoni li tgħaqqad uffiċċji postali ta’ pajjiżi żgħar Ewropej, tipproponi annwalment tema għal sett bolli. Din id-darba ntgħażlu s-swieq tradizzjonali. Il-MaltaPost ħarġet żewġ bolol. Waħda turi bejjiegħ tal-ħut f’Marsaxlokk u l-oħra turisti jixtru l-frott fir-Rabat t’Għawdex. Din tal-aħħar serviet ta’ okkażjoni biex is-Soċjetà Filatelika t’Għawdex toħroġ kartolina biha. Dawn dejjem […]