MILL-GŻIRA GĦAWDXIJA

  • Telfiet u tiġrib marbuta ma’ esperjenzi ta’ drogi
    Id-Dipartiment tal-psikoloġija fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex qed jorganizza sensiela ta’ taħdidiet informattivi fuq is-saħħa mentali u telfiet f’ħajjitna. Filwaqt li telfiet f’ħajjitna jistgħu ikunu diversi u jikkaġunaw uġiegħ, il-proċess ta’ kif wieħed jikkowpja hu differenti, jiġifieri mhux kulħadd jikkowpja bl-istess mod. Dr Pamela Portelli, psikologa li taħdem fi ħdan id-Dipartiment, tkellmet fuq telfiet assoċjati ma’ […]
  • Crossing Borders, Bridging the Age Gap: avveniment tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex
    Fl-Auditorium tal-Kampus tal-Università Queen Mary ġewwa r-Rabat Għawdex sar l-ewwel avveniment organizzat min-naħa tal-Kamra tan-Negozju għal Għawdex bl-iskop li jipprova jistabbilixxi fl-istess Kamra network ta’ żgħażagħ bejn is-16 u l-35 sena li huma interessati fl-intrapriża jew li għadhom qed imiddu l-ewwel passi, imma li dan għadu mhux ix-xogħol ewlieni tagħhom. L-avveniment tmexxa minn Ricky Bugeja […]
  • Il-Karnival f’Għawdex
    Diversi kienu dawk il-Kunsilli Lokali li organiżżaw attivitajiet karnivaleski għall-familja kollha. Il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jibqgħu dawk li jsiru fil-qalba tal-Belt Victoria, organiżżati mill-Kumitat Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali fi ħdan id-Direttorat tal-Wirt Kulturali. Dan apparti il-Karnival spontanju tant popolari tan-Nadur, li jattira eluf kbar ta’ nies, fosthom Maltin u barranin. Il-Programm tal-attivitajiet fi Pjazza Indipendenza (It-Tokk) […]
  • Il-proġett The Mathracy Project goes Rhythmic
    Il-Kulleġġ ta’ Għawdex għal sena oħra reġa’ tella’ l-proġett The Mathracy Project goes Rhythmic, din is-sena b’kollaborazzjoni mat-Teatru Astra. Dan il-proġett huwa fergħa żgħira mill-proġett The Mathracy Project li l-għan tiegħu hu li jwaħħad elementi differenti ta’ tagħlim f’esperjenza li tmur lil hinn mill-erba’ ħitan tal-klassi. Dan il-proġett, maħsub għall-istudenti tat-tieni sena, jgħaqqad flimkien elementi […]
  • Aspetti negattivi tal-istorja soċjali
    Dott. Michael Refalo ta taħdita interessanti fil-mużew u ċentru kulturali Il-Ħaġar, nhar is-Sibt 3 ta’ Frar 2024 filgħodu, b’riferenza għall-aħħar ktieb tiegħu bl-Ingliż At the Margins, jikkonċentra fuq aspetti mhux tas-soltu tal-istorja soċjali tas-seklu dsatax. Ikkonferma kemm hemm x’tiskopri f’manuskritti ġeneoloġiċi, hekk li jintefa’ dawl fuq il-passat tagħna – u t’Għawdex. Wara li telaq il-professjoni […]
  • Servizz Ekumeniku f’Għawdex
    Il-Komunita’ Anglikana f’Għawdex flimkien mal-Leġjun ta’ Marija u l-Uffiċċju ta’ Koordinament tal-Komunitajiet Etniċi fi ħdan id-Djoċesi t’Għawdex, organizzaw Servizz Ekumeniku fl-okkażjoni tal-Ottavarju ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara. Din il-laqgħa ta’ talb saret fil-knisja ta’ San Franġisk, tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, fir-Rabat Għawdex, nhar l-Erbgħa 24 ta’ Jannar 2024, fl-4.00pm. It-Tema ta’ din is-sena, mibnija fuq il-parabbola […]
  • Tagħlaq 100 Sena
    Fl-okkażjoni ta’ għeluq snin Mary Gauci li toqgħod Triq Ħamri, Għajnsielem li fis-17 ta’ Jannar 2024 laħqet l-età sabiħa ta’ 100 sena, l-arċipriet tal-parroċċa, il-Kanonku Frankie Bajada ċċelebra quddiesa flimkien mal-qraba u l-ħbieb u l-ġirien ta’ Mary. Il-lezzjoni nqrat minn Charles Spiteri. Fl-omelija, l-Arċipriet Bajada telaq mill-qari tal-ġurnata fejn tissemma’ l-qlubija li biha ż-żgħażugħ David […]
  • Kors informattiv fuq is-saħħa mentali
    Id-Dipartiment tal-Psikoloġija fi ħdan l-isptar Ġenerali t’Għawdex ħabbar illi kien ser jorganizza kors psiko-edukattiv ġdid għall-pubbliku ġenerali bl-isem ta’ ‘Nirrispondu għal bidla wara telfiet u tiġrib f’ħajjitna – Kors informattiv fuq is-saħħa mentali’.  Il-kors huwa magħmul minn ħames taħditiet fuq suġġetti relatati ma’ telfiet f’ħajjitna bħal per eżempju, minħabba mard fiżiku, abbuż ta’ drogi, korriment […]
  • Programm fuq Radju Lauretana dwar il-Palestina u Gaza
    L-għada ta’ l-ewwel tas-sena filgħodu, jiġifieri nhar it-Tlieta, 2 ta’ Jannar 2024, Radju Lauretana, ir-Radju tal-Kommunita’ ta’ Għajnsielem, tella’ programm speċjali ta’ siegħa li fiha giet diskussa il-Palestina u speċjalment Gaza. Għajnsielem ilha snin twal torganizza Bethlehem f’Għajnsielem u għandha konnessjoni partikolari ma’ din il-belt.  Il-programm sar minn Dr Ray Bondin, espert fuq il-wirt mondjali, […]
  • Il-Victoria Scout Group jiċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tiegħu
    60 sena ta’ servizz kontinwu lill-komunità Parata matul it-toroq tal-Belt Victoria u quddiesa ta’ radd il-ħajr nhar il-Ħadd 3 ta’ Diċembru 2023 ġabu fi tmiemha sena ta’ attivitajiet li bihom il-Victoria Scout Group iċċelebra s-60 sena mit-twaqqif tiegħu. Akkumpanjati minn sezzjoni tal-banda tal-iScouts tal-Marsa, il-membri tal-Group immarċjaw mill-kwartieri tal-Group saċ-Ċittadella. Hemmhekk ġiet iċċelebrata quddiesa ta’ […]