Bolli bil-Presidenti ta’ Malta
Wieħed mill-proġetti għal din is-sena tal-ġublew tal-fidda tas-Soċjetà Filatelika t’Għawdex hu sett ta’ bolli personalizzati u kartolini bil-Presidenti ta’ pajjiżna, xieraq sew peress li fl-2024 niċċelebraw ukoll il-Ġublew tad-Deheb ta’ Malta Repubblika. Dawn id-disinni tħallew f’idejn Toni Grech li għandu esperjenza qawwija b’suċċess kbir f’settijiet simili fi snin mgħoddija, per eżempju il-Prim Ministri ta’ Malta u l-Isqfijiet t’Għawdex. L-ewwel kartolina kurrenti (b’Sir Anthony Mamo) intlaqgħet tajjeb ħafna. Se jkomplu ħerġin kull xahar. Kartolini li juru 'l-ewwel President Anthony Mamo. Ritratt: Charles Spiteri Dawk interessati għandhom jikkuntattjawh immedjatament fuq secretary@stamps-gozo.org. L-ittimbrar tal-bolli fl-Uffiċċju Ċentrali tal-Posta, fir-Rabat, Għawdex, minn Charles Sultana (Retail Administrator). Ħdejh…